Futbol Sport

RITRATTI: Ikompli r-rinaxximent ta’ Senglea

(Ritratt: Trevor Sollars)

MOSTA………………… 0   SENGLEA A……………… 3

Mosta: A. Vella, D. Xuereb, M. Sammartino, S. Bonnici, R. Morisco, K. Frendo (J. Brincat 54’), G. Cuomo, Y. Cisotti, A. Roach, D, Angan (K. Zammit 83’), M. Aoudou (Z. Brincat 28’)

Senglea: M. Farrugia, A. White, Z. Cassar, I. Gonzalez, E. Sidqy, D. Venancio, M. Garcia, L. Grech (G. Camilleri 73’), G. Leyton (M. Bartolo 84’), A. Caseres, Romulo (L. Mallia 70’)

Imwissija: D, Venancio 45’ (S), G. Cuomo 63’, D. Xuereb 90’ (M), M. Garcia 92’ (S)

Skorjaw: A. Caseres 4’, Romulo 52’, Romulo 65’ (S)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: William Debattista, Theodore Zammit

Il-mument Plejer tal-logħba: Diego Venancio (Senglea Athletic)

Rapport: George Cassar

Senglea Athletic komplew bir-rinaxximent tagħhom hekk kif kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u issa laħqu anki lil Pietà Hotspurs u ġew żewġ punti taħt Mosta.

Kif għamlu ġimgħa ilu fir-rebħa ta’ 4-0 kontra Qormi, ilbieraħ il-plejers tal-Isla ddominaw għalkollox sa mill-ewwel minuta u skurjaw meta riedu. Dan ifisser li fl-aħħar żewġ partiti Senglea skurjaw seba’ gowls li huwa iktar minn kemm kienu skorjaw fl-ewwel rawnd sħiħ. Dan huwa riżultat diżappuntati għal Mosta f’dik li tista’ titqies bħala l-agħar prestazzjoni tagħhom minn kemm ilhom taħt Mark Miller fejn ftit li xejn ikkonkludew.

Għal Senglea kkordina kollox min-nofs il-grawnd l-akkwist ta’ Jannar Diego Venancio, filwaqt li fil-parti offensiva kienu ferm pożittivi Leighton Grech u Augusto Caseres li għat-tieni ġimgħa konsekuttiva reġa’ fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu. Għal Senglea rritorna wkoll Gonzalo Leyton li lagħab magħhom l-istaġun li għadda.

Senglea ħadu inqas minn erba’ minuti biex jiskorjaw meta pass mix-xellug ta’ Gonzalo Leyton ġab lil AUGUSTO CASERES qrib il-lasta bl-attakkant Arġentin jitfa’ fix-xibka. It-tim mill-Kottonera laqat darbtejn il-lasta f’temp ta’ għaxar minuti. L-ewwel meta l-free-kick ta’ Diego Venancio kien milqugħ mill-gowlkiper Andreas Vella bil-ballun jaħbat ukoll mal-lasta. Imbagħad f’nofs l-ewwel taqsima minn kross ta’ Leighton Grech, Romulo ma rnexxilux ikompli għal ġewwa bil-ballun jieqaf mal-lasta.

Fit-tieni taqsima l-istorja ma nbidlitx bl-attakki jibqgħu jaslu biss minn Senglea. Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima, Augusto Caseres qabeż lill-gowlkiper Mosti iżda sab lil Steve Bonnici jżomm il-ballun qabel il-linja tal-gowl. Senglea skorjaw it-tieni gowl fit-52 minuta. Minn kross mil-lemin ta’ Leighton Grech, ROMULO għola fuq kulħadd u skorja mill-viċin bir-ras.

Ftit wara s-siegħa logħob, it-tim immexxi minn Vincenzo Potenza kabbar id-distakk bit-tielet gowl meta minn pass tal-aħjar plejer tal-logħba Diego Venancio, MATIAS GARCIA kompla għal ġewwa mingħajr ostakli. Senglea issa għandhom ġimgħa mistrieħa minħabba li diġà ġew eliminati mill-FA Trophy mill-istess Mosta, filwaqt li l-Mostin għandhom  kwalifikazzjoni diffiċli kontra Sliema Wanderers.

(Ritratti: Trevor Sollars)