Futbol Sport

RITRATTI: Tarxien jersqu lejn pożizzjoni iktar trankwilla

(Ritratt: Trevor Sollars)

TARXIEN R…………… 2   ST. ANDREWS…………. 1

Tarxien: A. Cassar, M. Spiteri, T. Veronese (L. Grech 8’), D. Zerafa, J.C. Gill, Anderson, G. Aquilina (A. Agius 90’),  J. Wemmer, Sir. Arab, Ricardinho, M. Paolucci (A. Nilsson 74’)

St. Andrews: M. Calleja Cremona, D. Jackson, A. Satariano, A. Brown, A. Borg, K. McFarlane (J. Walker 82’), R. Martin, M. Woo Ling (J. Farrugia 61’), M. Davis, A. Friggieri (K. Magro 56’), K. Reid

Imwissija: S. Arab 12’, D. Zerafa 53’, Anderson 55’ (T), K. McFarlane 60’, K. Magro 66’ (S), M. Paolucci 72’, A. Agius 93’ (T)

Skorjaw: A. Brown o.g. 23’, Ricardinho 48’ (T), M. Davis – pen. 53’ (S)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Darko Stankovic

Il-mument Plejer tal-logħba: Ricardinho (Tarxien Rainbows)

Attendenza: 325

Rapport: George Cassar

Tarxien Rainbows rebħu l-konfront dirett kontra St. Andrews u ssuperawhom anki fil-klassifika biex b’hekk imxew lejn pożizzjoni iktar trankwilla fil-klassifika. Dan huwa t-tieni riżultat pożittiv konsekuttiv għalihom wara l-parità ta’ ġimgħa ilu kontra Balzan.

Ir-Rainbows skorjaw gowl importanti fil-bidu tat-tieni taqsima li kien tahom vantaġġ doppju, iżda St. Andrews reġgħu daħlu fil-logħba wara li skorjaw minn penalty u r-riżultat baqa’ inċert sal-aħħar. B’hekk Luxol reġgħu tilfu ċ-ċans li jkompli jitbiegħdu mir-relegazzjoni hekk kif fallew milli jirbħu konfront dirett ieħor wara li ġimgħa ilu sofrew il-gowl tal-parità kontra Mosta fid-disgħin minuta.

Tarxien kellhom tliet plejers ġodda fil-formazzjoni inizjali: Juan Cruz Gill misluf mingħand Valletta, Siraj Arab misluf mingħand Balzan u Thomas Veronese akkwistat mingħand Gżira United. Madankollu d-debutt ta’ dan l-aħħar ma kienx itwal minn minuta hekk kif weġġa’ fl-ewwel kuntatt tiegħu mal-ballun u ma setax ikompli l-partita.

L-aħjar plejer għar-Rainbows kien Ricardinho li pprovda l-ewwel gowl, skorja t-tieni wieħed u kellu diversi ġirjiet effettivi fuq ix-xellug tal-attakk Tarxiniż fost spekulazzjonijiet ta’ trasferiment ’il bogħod minn Tarxien. Huma skorjaw f’nofs l-ewwel taqsima meta l-kross ta’ Ricardinho kien imxellef minn Matthew Woo Long qabel kien se jilħaq Michele Paolucci iżda l-ballun imbaram u baqa’ dieħel ġewwa.

It-tieni taqsima fetħet bit-tieni gowl ta’ Tarxien wara tliet minuti meta RICARDINHO fajjar xutt sabiħ minn barra l-kaxxa li kien devjat u baqa’ dieħel għal ġox-xibka. Madankollu fit-53 minuta St. Andrews reġgħu fetħu l-logħba meta l-kuntatt fil-kaxxa bejn Daniel Zerafa u Adrian Borg ġie ġġudikat mir-referee Eman Grech bħala penalty li ġie skorjat minn Martin DAVIS.

Madankollu Tarxien irnexxielhom jikkontrollaw lill-avversarji, anzi bdew jaħarbu bil-kontrattakki ħafna drabi mibdijin minn Ricardinho bis-sostitut Alexander Nilsson falla milli jikkonkludi fix-xibka f’żewġ opportunitajiet tajbin ta’ gowl.

(Ritratti: Trevor Sollars)