Sport

Euromed 2018 u Snooker fil-15-il programm Sport Extra

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem, jixxandar il-15-il programm minn din is-sensiela ta’ Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm, il-mistieden hu r-rebħa tal-Kategorija Optimist fl-edizzjoni tal-2018 tal-MAPFRE MiddleSea EuroMed Regatta Richard Schultheis, kif ukoll il-kowċ tal-Malta Young Sailors Club Jean Paul Fleri Soler. Fl-istess waqt fil-programm, jidhru siltiet mill-istess kompetizzjoni.

It-tieni parti hi dedikata għall-Kampjonat tal-Ewropa tas-Snooker għall-plejers ta’ taħt is-17-il sena, b’intervisti mad-Direttur tal-kompetizzjoni Vincent Pisani kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-Malta Billiards and Snooker Association Ivan Brincat.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Keith Mizzi, Bernie Dimech u Steve Psaila.