Is-Sibt filgħaxija ġiet ippreżentata wirja ta’ sbatax-il pittura tal-artist Juan Patricio Morlete Ruiz, pittur tas-seklu tmintax li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa taż-żmien tiegħu … pitturi li ġew restawrati minn Joanna Hili Micallef.
Il-wirja qed tittella’ fil-Palazz tal-President, il-Verdala fil-Buskett, bir-restawratriċi li s-Sibt ippreżentat ix-xogħol ta’ restawr fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u diversi Ambaxxaturi.
Il-pitturi juru xeni ta’ portijiet Franċiżi, fuq inċiżjonijiet xogħol ta’ Claude Joseph Vernet, xeni ta’ Firenze fuq inċiżjonijiet ta’ Giuseppe Zocchi u pitturi oriġinali tal-Belt tal-Messiku.
Skont Hili Micallef il-pitturi kienu intenzjonati bħala sett u ma’ Net News titkellem dwar is-sinifikat tal-pitturi u r-rabta tagħhom ma’ Malta.
Il-proġett ta’ konservazzjoni beda billi ntagħzel l-aħjar trattament li kien hemm bżonn isir, bl-inqas intervent possibbli u b’mod riversibbli.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta rringrazzjat lir-restawratriċi u lit-tim kollu tagħha li għenu sabiex il-kultura u l-wirt storiku jiġi kkonservat.
//= $special ?>