Talanqas żewġ persuni tilfu ħajjithom qalb nirien li qabdu fis-ski resort ta’ Courchevel, b’aktar minn 20 jisfaw midruba — uħud minnhom serjament.
In-nirien qabdu kmieni dalgħodu u ħakmu bini li serviet bħala residenza għall-ħaddiema tar-resort ( li jinkludu, fost oħrajn, il-barranin), bil-fjammi jinfirxu wkoll għal bini oħrajn fl-inħawi.
L-iskwadri għall-emerġenza rreaġew għas-sitwazzjoni meta l-kaġun tan-nirien ma kenitx magħrufa.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ kellhom jużaw is-slielem biex isalvaw in-nies mill-bini prinċipali li ħa n-nar u li kien twil mat-tlett sulari. Il-persuni evakwati, imbagħad, għamlu żmien miġburin fit-triq, b’ħelikopter iwassal numru ta’ midruba lejn l-isptar.
Il-prosekuturi lokali u l-pulizija qed iħejju investigazzjoni biex isiru jafu x’seta’ wassal għat-traġedja.
//= $special ?>

