Tilef ħajtu r-raġel minn Marsascala li sfortunatament ntlaqat minn vettura nhar it-tmintax ta’ Jannar fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa kmieni filgħodu hekk kif minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija rriżulta li l-vittma ta’ 63 sena ntlaqat minn karozza tal-għamla Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gudja, waqt li kien qiegħed jaqsam it-triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa madanakollu, tilef il-battalja mal-mewt jumejn wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
//= $special ?>