Ftit wara l-10.45 tas-Sibt filgħaxija, maltempata qalila bis-silġ laqtet lill-gżejjer Maltin.
Għadd ta’ ritratti u filmati li daħlu għand dan is-sit f’dawn l-aħħar ħinijiet juru l-pressa qawwija ta’ silġ li niżlet f’ħin qasir, partikolarment fil-lvant tal-kosta Maltija.
F’dawn l-aħħar 24 siegħa, l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali rreġistra 13-il millimetru ta’ xita f’Selmun, 6.6mm fl-Imsida u 4.8mm fil-Belt Valletta.
L-istess uffiċċju ħareġ twissija ta’ possibbiltà ta’ ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ li tibqa’ valida sad-9 tal-Ħadd filgħodu.
//= $special ?>