Waqt li l-Partit Laburista jinfexx f’attakk wara l-ieħor fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex jgħatti xturu u jibqa’ jagħmel li jrid, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ determinat li jaħdem favur il-poplu.
Iddikjara dan l-Membru Parlamentari Edwin Vassallo, li fid-diskors tiegħu waqt djalogu f’Birkirkara, li f’messaġġ imqanqal qal li l-partit hu magħqud favur il-poplu.
Min-naħa tiegħu l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius tkellem dwar il-bżonn ta’ Ewropa qrib iċ-ċittadin.
Fost l-oħrajn, Agius tkellem dwar in-nuqqas ta’ investiment li dan il-Gvern għamel fuq is-settur tal-biedla u l-agrikoltura fejn il-Gvern mhux jinvesti kemm hemm bżonn.
Dan apparti n-nuqqas ta’ investiment fuq diversi setturi bħan-negozji ż-żgħar li mhux jiġu mgħejuna kif jixirqilhom.
//= $special ?>
