Internazzjonali

Trump jipprova joffri kompromess

Il-President Amerikan Donald Trump wettaq pjanijiet ġodda fuq il-ħajt li jixtieq jagħmel mal-Messiku, dan biex jġib fi tmiemu is-shutdown li hemm mill-ħaddiema tal-gvern. Dan il-waqfien ilu għaddej għal kważi erba’ ġimgħat.

Id-demokratiċi irrifjutaw li jagħtu fondi, u wara dan id-diskors diġà rrifjutaw li jaqblu u japprovaw il-flus għal dan il-proġett li se jkun jiswa $5.7 biljun.

Dan is-shutdown huwa l-itwal wieħed li qatt kien hemm fl-istorja tal-Istati Uniti u affetwa mat-800,000 ħaddiem tal-gvern.