Il-kantanta Maltija Christabelle kkonfermat li għal xi raġuni jew oħra ma ġietx mistiedna għall-finali tal-X-Factor.
Hija tradizzjoni komuni li l-persuna li tkun irrappreżentat lill-pajjiżna fil-Eurovision fis-sena preċedenti tkun tal-inqas preżenti fil-kunċert jew attività li tkun ser tippremja lill-kantant jew kantanta ta’ din is-sena.
Madanakollu dan jidher li mhux se jkun il-każ l-għaliex fuq post fuq il-midja soċjali ta’ Instagram – li aktar tard neħħiet – Christabelle stqarret li X Factor Malta s’issa injorawha għal kollox wara li fallew milli javviċinawha hekk kif kienet l-ambaxxatriċi Maltija fil-Portugall bil-kanzunetta Taboo.
Hija saħqet li diversi persuni staqsewha hux ser ikollha parteċipazzjoni fis-serata u għaldaqstant kellha titkellem. Minkejja dan, kompliet Christabelle, xorta waħda ser tibqa’ tagħti s-sostenn tagħha lit-talent lokali.
Madanakollu insistiet ma’ sit onlajn lokali li hija kkanċellat l-istqarrija tagħha hekk kif irrealizzat li għandha ħafna aktar affarijiet importanti f’ħajjitha relatati mal-mużika.
//= $special ?>


