Lokali Parlament

Il-kunsilli lokali bi rwol fis-settur soċjali

– Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-kunsilli lokali għandhom rwol importanti x’jaqdu biex jitjieb l-aspett soċjali fil-pajjiż.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-Gvern ħalla l-aspett politiku jirbaħ fuq deċiżjonijiet li setgħu ttieħdu b’mod differenti f’dan is-settur.

Hu qal li f’dawn is-setturi għandhom jitpoġġew in-nies kompetenti fil-pożizzjonijiet importanti u li jserraħ ras in-nies u l-ġenerazzjonijiet futuri. L-Oppożizzjoni qed tkun proattiva billi tressaq diversi proposti.

Hu tkellem dwar il-ħarsien tat-tfal u qal li hemm rispett lejn dan is-settur. Mhux minnu li l-foster carers iwettqu xogħlhom għall-flus għaliex huma nies verament impenjati x’xogħlhom.

Għandu jkun hemm rispett lejn is-social workers għaliex il-pajjiż qed iħoss in-nuqqas ta’ social workers. Il-qasam soċjali għandu jingħata prijorità fejn il-kunsilli lokali għandhom jikkontribwixxu.

Dwar l-anzjani, Robert Cutajar staqsa x’sar minnhom l-istandards dwar San Vinċenz. Hu semma’ l-valuri li jiddistinwgu lill-pajjiż u appella biex il-gvern ma jressaqx il-liġi dwar l-abort. Jeħtieġ ukoll li s-Central Authority jkollha r-riżorsi biex tiffunzjona.