Lokali Lottu u Super 5

Ipparteċipa f’lotteriji minn madwar id-dinja u idħol fiċ-ċans li tirbaħ l-eluf

Jackpot.com huwa s-sit biex tilgħab il-lotterija onlajn f’Malta. Iżda dan mhux il-lottu tas-soltu li kienu jilgħabu l-ġenituri tagħna għax permezz ta’ dan is-sit tista’ tixtri biljetti elettroniċi li bihom tieħu sehem f’lotteriji minn madwar id-dinja kollha, anke jekk ma tgħixx fil-pajjiż fejn isir it-tlugħ. Fl-aħħar il-Maltin għandhom opportunità li jesperjenzaw lotterija li taf toffri premju ferm aqwa minn “super”. Huma bosta dawk li diġà ttantaw xortihom permezz tal-EuroMillions, li hi l-ikbar lotterija fl-Ewropa u l-iżjed waħda mfittxija fuq Jackpot.com.

Biex tilgħab il-EuroMillions kull m’għandek tagħmel hu li tagħżel ħames numri bejn il-wieħed u l-50, u żewġ numri Lucky Star bejn il-wieħed u t-12. Jekk int indeċiż liem numri se tagħżel, uża l-funzjonalità Quick Pick u ħalli s-sistema tagħżilhomlok hi. Tista’ taqta’ biljetti kemm trid u tħallas bil-kumdità onlajn permezz tal-karta tal-ħlas jew e-wallet. It-tlugħ tal-EuroMillions isir f’Pariġi kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm.

Min huma n-nies li daħkitilhom ix-xorti fuq Jackpot.com? Ħafna Maltin semgħu bl-istorja ta’ Maria Dolores minn San Ġiljan, li f’Lulju tal-2018 rebħet 97 elf ewro meta qatgħet ħames numri tal-EuroMillions. Lil hinn minn xtutna, Valentin minn Londra ħaxxen butu ġmielu ftit tax-xhur qabel, meta f’Marzu qata’ sitt numri mis-sebgħa tal-EuroMillions u rebaħ kważi kwart ta’ miljun ewro. Ix-xorti tista’ tmiss lil kulħadd kullimkien, hekk kif Sililat, studenta minn Laos, kienet ir-rebbieħa ta’ 50 elf dollaru permezz tal-Powerball Amerikana f’Settembru li għadda.

Iftaħ kont b’xejn fuq Jackpot.com illum u agħżel in-numri fortunati tiegħek. Huwa faċli ħafna biex tirreġistra fuq is-sit; wara li ddaħħal id-dettalji tiegħek, żur is-sezzjoni tal-lotteriji u hemm tista’ ssib il-favorita tiegħek fost l-għażla kbira ta’ logħob. EuroMillions hija waħda mill-ogħna lotteriji fl-Ewropa b’jackpot minimu garantit ta’ 17-il miljun ewro kull ġimgħa.

It-tim ta’ Jackpot.com lest biex jgħinek kull meta hemm bżonn u tista’ tikkuntattjah kuljum permezz tal-email jew chat. Il-kumpanija hija liċenzjata mill-Awtorità Maltija għal-Logħob biex tipprovdi servizzi tal-logħob tal-azzard diġitali, u tinkuraġġixxi lil-lagħaba li jużaw is-sit biex jagħmlu dan b’mod responsabbli u jżommu mal-limiti tal-infiq tagħhom.