Is-sidien tal-pompi tal-petrol lesti jibdew azzjonijiet mil-lejla wara li l-Gvern ħallihom fl-għama dwar it-talbiet li ilhom is-snin li għamlulu.
Net News kellem lil Abigial Mamo li spjegat kif wara taħditied li ilhom għaddejjin mill-2014, is-sidien tal-pompi tal-petrol issa ma jistgħux jistennew iktar u llejla se jkunu qed jiddiskutu pjan ta’ azzjoni għall-jiem li ġejjin.
Is-sidien sabu ruħhom f’sitwazzjoni diffiċli hekk kif huma mistennija jagħmlu titjib fil-pompi tagħhom sabiex jilħqu l-istandards mitluba mill-Awtorità Għar-Riżorsu u l-Ippjanar sas-sena d-dieħla.
Abigail Mamo spjegat kif l-ispiża għax-xogħlijiet meħtieġa fuq pompa tal-petrol ta’ daqs medju hi ta’ minimu ta’ nofs mlijun, iżda l-ispejjeż għal-pompi ikbar huma ferm aktar.
Il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU qalet li llejla se ssir laqgħa mas-sidien kollha u se jkun diskuss il-ġpjan ta’ azzjoni, u s-sidien mhux qed jeskludu li l-azzjonijiet jibdew mil-lejla stess.
Hi spjegat kif il-pompi tal-petrol jipprovdu servizz 24 siegħa kuljum u mhux eskluz li anke s-servizz automated mill-pompi jitwaqqaf mil-lejla.
//= $special ?>