– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jibdew diskussjonijiet dwar x’se tkun ħalliet warajha Valletta 18 u dwar x’miżuri jistgħu jittieħdu biex il-pajjiż jibbenefika minnha.
Fil-parlament Karl Gouder tkellem dwar l-importanza tal-warrant lir-restawraturi u dwar l-edukazzjoni kontinwa meħtieġa u sostna li r-regoli tal-professjoni għandhom ikunu prijorità. Hu tkellem dwar il-wirt kulturali rikk tal-pajjiż inkluż dak ta’ taħt il-baħar.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-Sovratindenza u l-importanza tal-investiment f’dan is-settur u semma’ l-kontribut kbir li qed jagħtu l-NGOs. Hu tkellem ukoll dwar Valletta 18 u qal li hemm dubju dwar il-legat li tħalla wara dan l-avveniment. Jeħteġ issir diskussjoni dwar x’se jieħu l-pajjiż minn Valletta 18.
//= $special ?>