– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech tkellem dwar l-importanza tal-volontarjat u appella biex l-Abozz ta’ Liġi dwar l-Intrapiża Soċjali jerġa’ jitressaq fil-parlament.
Fil-parlament Claudio Grech tkellem dwar l-importanza li l-interess tat-tfal jitpoġġa l-ewwel u qabel kollox, għaliex mhux dejjem hekk sar. Hu staqsa x’sar mill-inkjesta tal-Imħallef Michael Mallia, li kienet intalbet fuq insistenza tal-Oppożizzjoni. Minn meta kienu pubblikati l-konklużjonijiet ftit instema’ x’ġara mill-awtoritajiet.
Il-parlament m’għamilx ġustzzja mar-rapport, sostna Claudio Grech, li kompla li fuq livell ta’ maturità r-rapport ma kellux ikun pubblikat sħiħ iżda kellu jsir dibattitu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ix-xogħol tal-foster carers u qal li dan hu piż fuq il-familji.
Hu semma’ l-mewt tat-tifla Niġerijana sena ilu u qal li jidher li l-inkjesta Maġisterjali għad mhix lesta. Wara sena, għad m’hemmx il-lok li ssir diskussjoni dwar dak li seħħ u jekk ittieħdux miżuri biex il-każ ma jerġa’ iseħħ. Hu qal li dawk favur il-ħajja jridu jkunu determinati u responsabbli li jiddiskutu dak li jkun hemm seħħ waqt li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji.
Claudio Grech semma id-diffikultajiet għat-tfal tal-immigranti għaliex il-politika ta’ integrazzjoni għadha lura ħafna. Il-PN jemmen li għadu jagħti ħarsa dettaljata dwar il-ħajja tat-tfal. Hu tkellem kontra l-legalizzazzjoni tad-droga u qal li d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf huma taħt attakk.
Hu appella biex jiddaħħlu iktar servizzi ta’ appoġġ għall-ommijiet li jinqabdu tqal u sostna li l-pajjiż għandu jagħmel sforz ikbar biex jgħin lil nisa li jkunu għaddejjin minn dawn id-diffikulatjiet.
//= $special ?>