Kmieni dalgħodu, uffiċċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjoanli ta’ Malta. qabdu passiġġier jipprova joħroġ minn pajjiżda b’€26,000 fi flus mhux iddikjarati.
Kruċjali, f’din is-sejba, kien Peter, il-kelb fi ħdan it-Taqsima tal-Klieb tad-Dwana.
Waqt iċċkkjar tal-passiġġiera li kienju fi triqthom lejn Tunis kmieni dalgħodu, Peter indika li passiġġier partikolari seta’ kien qed iġorr ammonti kbar ta’ flus.
Mistoqsi kemm qed iġorr flus, il-passigġġier, li huwa Libjan, qal li kellu fuqu €9,000 iżda uffiċċjali tad-Dwana ma kienu konvinti mir-risposta tar-rapel u wara tfittxija fil-bagalji tal-passiġġier instabu $15,000 oħra moħbija fil-ħwejjeġ ta’ taħt.
Il-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Ekonomiċi kienu nfurmati u l-passiġġier ġie arrestat.
Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u l-Libjan għandu jitressq il-Qorti aktar tard.
//= $special ?>