Lokali

Possibilità ta’ azzjonijiet

Sidien tal-pompi tal-petrol illum se jkunu qed jiltaqgħu sabiex jiġi diskuss pjan ta’ azzjoni fid-dawl tan-nuqqas ta’ ftehim mal-Minuistru Joe Mizzi.

Dawn is-sidien ilhom is-snin jiddiskutu mal-Gvern sabiex jingħatalhom marġni ta’ profitt akbar hekk kif huma mistennija jagħmlu titjib obligatorju fil-pompi tagħhom sas-sena d-dieħla sabiex ikunu konformi mal-istandards hekk kif indikati mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.

Id-diskussjonijiet ilhom ikaxkru sa mill-2014, u sal-lum il-Gvern injora għal kollox lil dawn is-sidien.

It-titjib fil-pompi tal-petrol f’xi każi jista’ jiswa sa €500,000 u s-sidien qed jinsistu li l-Gvern jista jgħinhom billi jagħtihom marġni ta’ profitt ikbar mingħajr ma jgħolli l-prezz tal-fjuwil għall-konsumatur.

Is-sidien tal-pompi tal-petrol mhumiex jeskludu l-possibilità ta’ xi azzjonijiet mil-lum