Simon Schembri inħatar Surġent tal-Pulizija.
Il-ħatra tiegħu saret f’ċerimonja apposta li saret illum.
Simon Schembri huwa l-persuna li ingħata l-unur ta’ Uffiċċjal tas-Sena fil-Korp tal-Pulizija ftit taż-żmien ilu.
Dan l-uffiċċjal tal-Pulizija kien iddomina l-aħbarijiet is-sena li għaddiet meta kien involut f’inċident ikrah fejn spiċċa mkaxkar taħt karozza misjuqa minn ġuvni. Schembri kien prova jwaqqaf liż-żgħażugħ meta lemħu jsuq karozza mingħajr seatbelt.
Il-ġuvni waqaf iżda wara ftit reġa saq u kaxkar mieghu lil Schembri.
Simon Schembri sofra grieħi gravi ħafna u tilef dirgħajh f’dan l-inċident.
//= $special ?>