Wara xhur ta’ krib minn naħa tal-istudenti tal-MCAST, issa jidher li dawn l-istess istudenti waslu fi stat li jikkunsidraw li jsejjħu protesta.
L-istudenti ta’ dan il-kulleġġ qed jiffaċċjaw numru ta’ problemi hekk kif għad hemm għadd kbir minnhom li baqgħu ma rċevewx l-istipendju u li lanqas ma jafu jekk hux se jkunu eliġibbli biex jieħduh.
Issa minn ftit tal-ġimgħat ilu ‘l hawn, l-istudenti sabu ma’ wiċċhom problemi ġodda hekk kif ix-xoħgol tagħhom bħall-assignments mhumiex jiġu kkoreġuti.
Jidher li l-istudenti qed ibatu l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni diffiċli li għandhom l-għalliema fi ħdan l-MCAST. Dan għaliex dawn l-għalliema qed isegwu direttivi tal-MUT wara li l-Gvern baqa’ ma tahomx dak li hu tagħhom bi dritt.
Għadd ta’ għalliema għandhom jieħdu ħafna flus f’pagi u allowances u għaldaqstant, fuq direttivi, mhumiex jikkoreġu x-xogħol tal-istudenti. Dan jaf ikollu riperkussjonijeit fit-tqassim taċ-ertifikati lill-istess studenti fl-aħħar tas-sena, u jaf jeffettwa wkoll lil dawk l-istudenti li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom.