Ewropa Lokali

Vapur isalva 100 immigrant ‘il barra mil-Libja

Matul il-lejl, vapur tal-merkanzija salva mal-100 immigrant li kienu f’diffikulta’ madwar 60 mil ‘il barra mill-kosta Libjana. L-immigranti kienu fuq dgħajsa tal-injam li kienet qed tegħreq.

L-aħbar kienet konfermata mill-militar Taljan.

L-allarm dwar din id-dgħajsa wasal il-Ħadd filgħodu, 24 siegħa biss wara żewġ nawfraġji traġiċi li fihom mietu madwar 170 ruħ – fost l-agħar diżgrazzji li smajna fl-aħħar 10 snin.

Intant, l-istess awtoritajiet Taljani salvaw 140 immigrant ieħor li l-Ħadd kienu f’diffikulta’.