Lokali Parlament

Appell biex titnaqqas it-tbatija minn fuq pazjenti tal-kanċer

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tkellem fil-parlament dwar l-importanza tar-riċerka fil-marda tal-kanċer u qal li min jaħdem fil-privat ibati minħabba li m’hemmx ftehim dwr il-leave li jista’ jittieħed mill-pazjenti.

Hu semma’ każi li jiffukaw fuq il-leave u qal li hemm każi li l-persuni li jkunu se jgħaddu mill-operazzjonijiet jispiċċaw jużaw il-leave kollu. Qed issir inġustizzja kbira mal-marid u fil-bidet ma kienitx trattata.

Hu appella lill-gvern biex jibda proċess ta’ emendi għal din il-liġi u biex issir ġustizzja ma’ dawk il-persuni inovluti.