Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jammetti li hu ħati ta’ frodi fiskali fi Spanja

(Ritratt: EPA)

Cristiano Ronaldo aċċetta li jħallas multa ta’ kważi €19-il miljun u jingħata sentenza sospiż ta’ 23 xahar ħabs wara li qal li hu ħati ta’ frodi fiskali fi Spanja. Fil-passat, Ronaldo kien laħaq ftehim mal-prosekuturi tal-istat u l-awtoritajiet tat-taxxa iżda xorta kellu bżonn jidher il-qorti biex jiffirma l-ftehim.

Il-liġi Spanjola tippermetti li sentenzi taħt is-sentejn jiġu skontati fuq projbizzjoni u b’hekk ifisser Ronaldo mhux se jservi żmien il-ħabs sakemm ma jagħmilx offiża oħra. Minkejja li hu dam ftit minuti, kien hemm preżenza qawwija tal-media quddiem il-qorti f’Madrid, bl-imħallfin jirrifjutaw ir-rikjesta tal-Portugiż li jidher b’filmat jew li jidħol fil-qorti min-naħa ta’ wara.

Ronaldo kien akkużat li qarraq kważi €15-il miljun bl-awtoritajiet f’taxxi mhux imħallsa bejn l-2011 u l-2014 fiż-żmien li kien jilgħab ma’ Real Madrid. L-akkuża kienet li l-plejer ta’ Juventus ma kienx iddikjara madwar €28.5 miljun mid-drittijiet tal-immaġini.

Il-prosekutur allega wkoll li l-attakkant irrapporta b’mod falz li d-dħul tiegħu kien dieħel mill-proprjetà li b’hekk kien qed iwassal biex tonqos b’mod drastiku r-rata tat-taxxa.

L-eks plejer ta’ Real Madrid u sieħeb Ronaldo fit-tim Xabi Alonso, kien ukoll il-qorti lbieraħ fejn kien akkużat li ffroda l-awtoritajiet tat-taxxa madwar €2 miljuni bejn l-2010 u l-2012. Alonso ċaħad li għamel xi ħaġa ħażina.