Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi u Helene Pellicano mal-aħħar tmienja fid-doubles tal-Open tal-Awstralja tal-Juniors

Tkompli l-avventura taż-żgħażagħ Maltin Helene Pellicano u Francesca Curmi li għaddew mal-aħħar tmienja fl-Open tal-Awstralja tal-Juniors fil-kategorija tad-doubles.

Francesca Curmi kienet fl-azzjoni mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh u rkupraw minn set minn taħt biex għelbu lill-koppja ta’ Maria Krupenina u Daria Snigur 5-7, 7-6, 10-8.

Helene Pellicano flimkien mal-Ispanjola Marta Custic għaddew b’aktar faċilità meta għelbu 6-2, 6-4 lir-Russi Veronika Pepelyaeva u Avelina Sayfetdinova.

Għada jkunu ż-żewġ tennisti Maltin ikunu fl-azzjoni. Curmi u Bencheikh jilagħbu kontra l-koppja mit-Tajlandja Thasaporn Naklo u s-sid numru tnejn Mananchaya Sawangkaew. Pellicano u Custic jilagħbu kontra l-koppja Amerikana Chloe Beck u s-sid numru tmienja Emma Navarro.

Tags