Franza u l-Ġermanja ffirmaw trattat ġdid bil-għan li jistimolaw il-pożizzjonijiet tagħhom fil-qalba tal-Unjoni Ewropea. It-trattat ġdid hu ‘impenjat bis-sħiħ’ li jiddefendi l-UE fi żmien meta r-Renju Unit qed iħejji biex jitlaq u fost mewġa ta’ sfidi populisti għall-valuri liberali tal-Unjoni.
Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel enfasizzat il-paċi u s-sigurtà waqt li appoġġjat l-introduzzjoni ta’ Armata Ewropea. Dan waqt li l-President Franċiż, Emmanuel Macron, qal li l-Ewropa għandha tilqa’ l-isfida biex tipprovdi ‘tarka għal kontra t-taqlib fid-dinja’.
L-iffirmar tat-trattat sar fil-belt Ġermaniża ta’ Aachen bl-għażla tas-sit tkun waħda simbolika minħabba l-bidliet fit-tmexxija tal-belt – magħrufa bħala Aix-la-Chapelle mal-Franċiżi – tul is-sekli.
Intant, Franza u l-Ġermanja qablu biex iwaqqfu pożizzjonijiet komuni u joħorġu stqarrijiet komuni dwar kwistjonijiet ewlenin tal-UE taħt sistema li tifformalizza l-kooperazzjoni eżistenti. Iż-żewġ pajjiżi qed jaħsbu wkoll biex jaġixxu bħala ‘forza konġunta’ fin-Nazzjonijiet Uniti.
Franza u l-Ġermanja, b’hekk, huma impenjati għall-istess politika — f’aspetti li jvarjaw mill-kunċett barrani sas-sigurtà interna u fuq livell Ewropew – huma u jippruvaw isaħħu ‘il-kapaċità tal-Ewropa għal azzjoni awtonoma’.
//= $special ?>

