Futbol Sport

Hector Bellerin se jitlef il-kumplament tal-istaġun

(Ritratt: Premier League)

Id-difensur ta’ Arsenal Hector Bellerin se jkollu jitlef bejn sitta u disa’ xhur wara li weġġa’ l-ligament ta’ wara tal-cruciate. Bellerin weġġa’ fit-tieni taqsima fir-rebħa ta’ Arsenal fuq Chelsea s-Sibt u kellu jittieħed fuq stretcher.

L-Ispanjol ta’ 23 sena kien qed jagħmel l-ewwel dehra tiegħu minn nofs Diċembru wara problema fil-pexxun iżda issa se jitlef il-kumplament tal-istaġun u possibbilment il-bidu tal-istaġun li ġej.

Arsenal żvelaw il-gravità tal-injury ta’ Bellerin bi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħhom. Filwaqt li s-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar jista’ jippermetti lil Arsenal li jsibu sostitut, il-manager Unai Emery għandu l-għażla ta’ Stephan Lichtsteiner, Ainsley Maitland-Niles u Carl Jenkinson li kien mistenni li jħalli lit-tim qabel din l-aħbar.

Tags