Il-Gvern għandu jieqaf iwebbes rasu, jiltaqa’ u jidħol f’diskussjoni serja u kredibbli mal-GRTU biex tinstab soluzzjoni għall-piż li jrid jitfa’ fuq is-sidien tal-pompi tal-petrol. Dan biex tinstab soluzzjoni minnufih għas-sitwazzjoni li ġab b’idejh il-Gvern Laburista stess u li se tolqot ħażin lill-poplu Malti u Għawdxi. Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa mill-Viċi Kap u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma David Agius
Il-Gvern għandu l-obbligu, u jista’ jgħin lis-sidien tal-pompi mingħajr ma jgħolli l-prezzijiet għall-konsumatur. Dan faċilment seta’ jsir li kieku ma nnegozjax ħażin għax-xiri taż-żejt mill-Ażerbajġan u pajjiżna tilef €14-il miljun kif intqal mill-Awditur Ġenerali, x-xiri tal-gass LNG mis-Socar fejn xi ħadd mar €40 miljun minn fuq u €200 miljun oħra kull sentejn kif qal l-istess Awditur Ġenerali fir-rigward tall-kuntratt ta l-Electrogas.
Dan kollu hu total ta aktar minn €250 miljun li setgħu u jistgħu jagħmlu tajjeb bħala għajnuna lis-sidien tal-pompi u biex in-nies ma jħallsux kontijiet aktar għoljin u spissi tad-dawl u l-ilma.
//= $special ?>

