Is-sena l-oħra l-industrija tal-cruiseliner f’Malta ħadet daqqa l-isfel hekk kif daħlu inqas vapuri bit-turisti – 310 cruise liner meta mqabbla ma’ 342 is-sena ta’ qabel.
In-numru kien ukoll inqas mit-316-il cruiseliner li daħlu fl-2016.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO qal li l-vapuri kellhom aktar passiġġieri imma ma kienx biżżejjed biex jitqabbel mal-wasliet li kellna f’Malta fl-2017, hekk kif fl-2018 waslu 632,73 passiġġier. Dan juri tnaqqis ta’ 37,396 meta mqabbel mas-sena preċedenti.
L-ikbar ammont ta’ passiġġieri jiġu mill-Unjoni Ewropea, fuq quddiem nett turisti Ingliżi, isegwu dawk Ġermaniżi u wara dawk li jiġu mill-Italja.
L-età tal-passiggieri fuq cruiseliners niżlet l-isfel iżda l-kategorija ta’ bejn dawk li jkollhom 60 sa 79 sena tibqa’ l-akbar waħda, b’40 fil-mija tal-wasliet kollha, segwita mmill-kategorija ta’ dawk li għandhom bejn 40 u 59 sena b’31.6 fil-mija.
//= $special ?>