Lokali Saħħa

KONFERMATA: Każ ieħor ta’ Meninġite f’Mater Dei

Hija konfermata l-aħbar li tarbija iddaħħlet fl-Isptar Mater Dei b’meninġite. Dan intqal mill-awtoritajiet tas-saħħa fi stqarrija.

Dan il-każ mhux relatat mal-mewt irrappurtata qabel, ta’ tifel ta’ 4 snin li miet b’kawża ta’ bacterial infection. Fil-fatt, iż-żewġ każijiet kienu kkawżati minn żewġ tipi differenti ta’ bacteria, li t-tnejn iwasslu għal meninġite.

Il-bacteria fil-każ tat-tarbija jaffettwaw biss lit-trabi fl-ewwel tliet xhur tal-ħajja. F’Malta, ikunu rappurtati medja ta’ erba’ każijiet fi trabi tat-twelid kull sena.

Net News hu infurmat li fil-każ tat-tifel ta’ 4 snin ingħataw it-tilqim kollha, imma t-tifel ntlaqat minn virus li ma hemm l-ebda tilqima għalih.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li l-aħjar mod biex jiġu evitati infezzjonijiet bħal dawn huwa billi dejjem tiġi żgurata iġjene tajba tal-idejn, speċjalment meta wieħed jiġi f’kuntatt dirett ma’ trabi tat-twelid li huma aktar vulnerabbli għall-infezzjonijiet.