Il-ġurnal Kattoliku La Croix iddeskriva lill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna bħala l-kollaboratur inkorrompibbli ta’ Papa Franġisku. Dan hekk kif l-Arċisqof Malti ser ikun wieħed mill-organizzaturi ta’ summit ewlieni fil-Vatikan dwar l-abbuż sesswali.
L-Arċisqof ġie deskritt minn La Croix bħala l-investigatur ewlieni, l-id il-leminija tal-Papa fil-ġlieda kontra l-pedofelija.
Huwa l-bniedem ewlieni fil-Vatikan, l-hekk msejjaħ wiċċ tat-tolleranza zero kontra l-pedofelija, deskritt li jaħdem b’determinazzjoni liema bħala. Frédéric Mounier, ex-korrispondent ta’ La Croix saħaq li Mons. Scicluna fehem is-sitwazzjoni sa mill-bidu u ġġieled sabiex jegħleb il-klikek fil-Vatikan.
Meta kien intervistat minn Vatican News, l-Arċisqof Charles Scicluna sostna li jittama li grazzi għal dan is-summit, l-isqfijiet, uffiċjali tal-Kurja u l-bqija tal-membri tal-Kleru jsiru konxji kollha kemm huma dwar il-gravità tas-sitwazzjoni u flimkien jaslu għal soluzzjoni aħħarija.
F’Novembru li għadda, nħatar bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede. Dan ifisser li għandu tatih awtorità sinifikanti fi ħdan il-Knsija Kattolika.
//= $special ?>