– Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li Malta llum saret ċentru ta’ traffikar enormi fuq livelli kbar fil-Mediterran.
Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li ċ-Ċimiterju tal-Addolorata jitħoqqlu kull rispett anki għax hu ġojjell arkitettoniku fil-pajjiż. Is-sitwazzjoni mhix feliċi fiċ-ċimiterju u hemm problemi ta’ aċċess u passaġġi biex il-pubbliku jimxi fihom. Hu appella biex ma jsirux sfreġji ambjentali fl-estetika fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Dwar id-dfin Beppe Fenech Adami qal li l-parlament se jiddiskuti modi alternattivi ta’ dfin, fosthom id-dfin bl-inċineratur. Hu semma’ l-oqbra ġodda u qal li l-prezzijiet mm’għandhomx ikunu projbittivi.
Beppe Fenech Adami semma’ d-dfin fil-kuntest Nisrani u qal li d-diskussjoni għandha tkun dwar ir-regolamentazzjoni tal-kremazzjoni u l-kunsiderazzjonijiet tal-aspetti kollha, inkluż dak ambjentali. Malta għadha l-uniiu pajjiż fl-Ewropa fejn m’hemmx kremazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar iċ-ċimiterju fil-Mediterran u qal li fl-aħħar ġranet għerqu 170 persuna,li dwarhom ma tkellem propju ħadd. Hu qal li n-nies li ntbagħatu l-Libja, ma jridux jgħixu l-Libja, probabbilment jinsabu fl-infern fil-Libja u ħadd ma jaf x’sar minnhom. Hu qal li l-popli saru bla kuxjenza għaliex intilef kull sens ta’ umanità. Donnu qtajna qalbna li l-UE se tindirizza b’mod sħiħ din il-problema.
Għal ħames snin f’Malta ma kinux jiġu ħafna immigranti meta fl-Italja kien hemm Renzi għaliex hu evidenti li kien sar ftehim bejn il-Prim Ministru Malti u l-Prim Ministru Taljan fejn l-Italja kienet mifqugħa bl-immigranti u f’Malta ma kinux jidħlu. B’konsegwenza ta’ dan il-ftehim fl-Italja twieled moviment tal-lemin estrem li llum għandu saħħa politika kbira.
Hu tkelelm ukoll dwar id-djar soċjali u semma’ l-rpoblemi kbar ta’ nuqqas ta’ djar li ħoloq dan il-gvern. Hu qal li Malta saret ċentru ta’ traffikar ta’ droga mal-erbat irjieħ tal-Mediterran.
Beppe Fenech Adami semma’ l-ħadma tal-bejgħ tal-isptarijiet Maltin u qal li għandha l-fattizzi kollha ta’ każ kriminal u korruzzjoni. Is-sidien il-ġodda ingħataw kuntratt ta’ €7 biljun fuq kuntratt ta’ 99 sena; kuntratt ta’ €70 miljun fis-sena. Il-wegħdi kollha ta’ modernizzar ma seħħewx tant li s-sidien il-ġodda ħadu €50 mljun u telqu mill-pajjiż.
Beppe Fenech Adami appella lill-parlament biex ma jibqax sieket quddeim il-korruzzjoni u qal li Konrad Mizzi u Keith Schembri huma mażżra ma’ għonq il-gvern Laburista.
//= $special ?>