Futbol Sport

Milan jilħqu ftehim ma’ Genoa għal Krzysztof Piatek

Krzysztof Piatek hu qrib ħafna li jsir plejer ta’ Milan hekk kif ir-rossoneri laħqu ftehim ma’ Genoa. Il-Pollakk mistenni jasal Milan għada, bit-tim minn Ġenova mistenni jirċievi s-somma ta’ €35 miljun mill-ewwel mingħajr bdil ta’ plejers u biż-żieda rigward il-pożizzjoni finali ta’ Milan.

L-uniċi dettalji biex dan it-trasferiment ikun komplut hu l-bdil tad-dokumenti neċessarji. L-attakkant Pollakk se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ €2 miljuni flimkien ma’ xi bonus, salarju ferm aktar milli kellu ma’ Genoa kif kellu salarju ta’ nofs miljun ewro. L-eżami mediku mistenni jsir għada.

Jekk ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet tal-aħħar minuta, Piatek jista’ jkun għad-dispożizzjoni għall-isfida ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Napoli. Il-Pollakk li fl-ewwel staġun tiegħu fis-Serie A skorja 13-il gowl, kien sospiż għall-konfront tat-Tnejn inċidentalment bejn Genoa u Milan, hekk kif sellem lil sħabu qabel ħalla Stadio Marassi.

Tags