Din il-ġimgħa bdiet l-ewwel parti ta’ dak li l-Gvern ta’ Muscat qed isejjaħlu “proġett” li se jiswa 700 miljun ewro minn flus il-poplu – miljuni kbar illi se jmorru biex numru ta’ toroq Maltin jingħataw kisja tarmak biex imbagħad jerġgħu jsiru iktar tard. Dan kollu bi flus li se jittieħdu mill-fondi pubbliċi.
Huwa stmat li l-ispiża biex isiru dawn it-toroq se tammonta għal €100 miljun kull sena fuq perjodu ta’ seba’ snin….bil-Partit Nazzjonalista, u l-Kap Adrian Delia, ilhom xhur shah jitfgħu dawl fuq il-fatt illi l-flus tan-nies ma jistgħux jintużaw hekk, u jekk isir proġett dan għandu jkun verament bini ta’ toroq u mhux sempliċi kisi.
Jidher illi l-gżira Għawdxija għal darb’oħra spiċċat abbandunata. Hekk kif ħadd għadu ma jaf liema toroq se jkunu qed isiru f’Għawdex bħala parti minn dan il-pjan xprunat mill-Ministru Ian Borg – pjan illi dwaru għad hemm domandi kbar.
Waqt li għaddej dan il-pjan, ħafna Kunsilli Lokali qed jilmentaw għall-fatt illi mhux qed jiġu konsultati dwar it-toroq magħżula u x-xogħol kif se jsir.
//= $special ?>