Sport Sport Ieħor

Petra Kvitova fl-ewwel semifinali ta’ Grand Slam mill-2014

(Ritratt: EPA)

Petra Kvitova ma kinitx qed tistenna li terġa’ tilgħab mal-aqwa tennisti wara li kienet intlaqtet b’daqqa ta’ sikkina f’idejha fid-dar tagħhom f’Diċembru tal-2016. Iċ-Ċeka ta’ 28 sena rebħet 6-1, 6-4 kontra l-Awstraljana Ashleigh Barty biex għaddiet mal-aħħar erbgħa ta’ dan il-Grand Slam.

Hi qed issejjaħ dan il-perjodu bħala t-tieni karriera tiegħu. Id-darbtejn rebbieħa ta’ Wimbledon ilha ma tasal f’semifinali ta’ Grand Slam minn meta rebħet Wimbledon fl-2014. Hi rebħet l-ewwel set f’27 minuta u minkejja li Barty ipprovdiet reżistenza fit-tieni set, Kvitova salvat żewġ break points qabel rebħet l-aħħar tliet logħbiet u għalqet il-logħba.

Fis-semifinali hi tilgħab kontra Danielle Collins wara li l-Amerikana eliminat lir-Russa Anastasia Pavlyuchenkova 2-6, 7-5, 6-1 biex għaddiet għall-ewwel semifinali tagħha fi Grand Slam. Collins sabet ir-ritmu fit-tieni set u għamlet tliet set points biex kisret is-service ta’ Pavlyuchenkova u sfurzat it-tielet set li ddominat biex rebħet f’sagħtejn u 16-il minuta.