Bosta pompi tal-Petrol li ssieħbu fil-franchising tal-Enemed irrappurtaw li ġew ikkuntatjati minn uffiċjali tal-Enemed biex jaraw dawn hux se jkunu qed jieħdu azzjonijiet mil-lejla u jekk hu hekk se jkun hemm riperkussjonijiet fuqhom.
Il-GRTU kkundannat dan “l-aġir minn kumpanija li suppost hi indipendenti u li qiegħda tintuża għal skopijiet ulterjuri.”
Il-GRTU tikkonferma li l-kuntratt tal-Enemed ma jistax iwaqqaf l-ebda pompa tal-Petrol milli tissalvagwardja l-interessi tagħha u twettaq d-deċiżjonijiet li għandha bżonn għan-negozju tagħha.
Il-GRTU ħabbret li se tkun qiegħda tieħu l-passi kollha neċessarji biex tipproteġi l-membri tagħha.
