Lokali

Tfajla ta’ 19-il sena vittma ta’ serqa fil-Gżira

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka kienet qiegħda barra tal-apartament fi Triq ir-Rebħa, il-Gżira, tpejjep meta f’daqqa waħda avvinċinaha raġel. Hu allegatament kellu oġġett li jaqta’ u bill-ponta, u talabha l-flus. Hi qaltlu li ma kellhiex flus fuqha, u għalhekk talabha l-mobile.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq il-mobile tat-tfajla.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċidenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.