L-ammont ta’ nies li jiġi milquta mill-meninġite huwa limitat ħafna, madankollu hemm il-ħtieġa li dejjem ikun hemm il-prevenzjoni.
It-tabiba Tanya Melillo qalet dan waqt il-programm tat-Tlieta filgħodu NET AM fejn tkellmet dwar din il-marda. Dan wara l-każ ta’ tifel ta’ 4 snin li miet fl-Isptar Mater Dei nhar il-Ħadd wara li ddaħħal b’urġenza minħabba l-meninġite.
It-tabiba spjegat fejn twassal din il-marda u l-effett li tidħol ġod-demm, u tispiċċa fl-ispinal fluid, u wara tkun tista’ tmur fil-moħħ, u huwa hemmhekk li din il-marda diffiċli tirkupra minnha u taf tkun fatali.
It-tabiba fakkret fost l-oħrajn li għandek dejjem tiekol tajjeb, li torqod u tistrieħ, iżda xi ħaġa kruċjali hija l-ħasil tal-idejn.
L-awtoritajiet qalu li huwa rari ħafna li l-meninġite tiġi trażmessa minn persuna għall-oħra u s’issa m’hemmx lok għall-allarm.
//= $special ?>