Il-Gvern Bulgaru ħabbar li kien se jwaqaf l-iskema li biha jbiegħ iċ-ċittadinanza Bulgara bi skambju għal investiment fil-pajjiż. Dan hekk kif se tirrifoma l-liġijiet dwar in-nazzjonalita fosthom dik tal-bejgħ tal-passaporti.
Mill-2013, il-Bulgaria bdiet tbiegħ il-passaporti għas-somma ta’ 500,000 ewro.
Imma issa l-Kummissjoni Ewropea esprimiet tħassib li skemi simili jistgħu jkunu ta’ riskju għas-sigurta u jkatru l-korruzzjoni.
Skont l-NGOs Transparency International u Global Witness madwar l-UE nbiegħu mas-6,000 passaport bi skemi simili u 100,000 permess ta’ residenza tul perjodu ta’ għaxar snin.
Fl-isfond ta’ dan, il-Bulgarija qalet li kienet irtirat iċ-ċittadinanza lil Sergei Adoniev, biljunarju Russu. Dan minħabba kundanna li kien ingħata 20 sena ilu fl-Istati Uniti minħabba frodi.
Adoniev, li għandu 57 sena, hu wieħed mill-fundaturi ta’ Yota, kumpannija ewlenija Russa tat-telekommunikazzjonijiet u skont il-F9orbes hu l-147 Russu l-aktar sinjur b’valur ta’ 700 miljun ewro. Hu kien ingħata passaport Bulgaru fl-2008.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja Bulgaru qal li l-bidliet li kienu se jsiru kellhom l-iskop li jaqgħtu l-abbuż tas-sistema.
Intqal li minn issa l-quddiem, dawk li japplikaw għaċ-ċittadinanza jridu jkunu jafu jitkelmu bil-Bulgaru, ikollhom xogħol u jkollhom fondi biżżejjed investiti fil-Bulgarija.
F’Ottubru tas-sena li għaddiet, diversi uffiċjali għolja Bulgari kienu mresqa l-qorti akkużati b’tixħim bui skambju għal ċertifikati li kellhom eruq Bulgari biex nies ikunu juistgħu japplikaw għal passaport Bulgaru.
//= $special ?>