Futbol Sport

David Beckham jixtri 10% tal-ishma f’Salford City

L-Ingliż jingħqad fil-klabb ma' sħabu ta' Class of 92

L-eks plejer internazzjonali Ingliż David Beckham xtara 10% tal-ishma tal-klabb Salford City li qed jissielet għar-rebħ tal-promozzjoni min-National League. B’hekk dawk magħrufa bħala Class of 92 huma l-akbar azzjonisti fil-klabb.

Beckham ingħaqad mal-eks plejers ta’ Manchester United Gary u Phil Neville, Nicky Butt, Ryan Giggs u Paul Scholes bħala sidien part-time tal-klabb, li qed jissieltu biex jiġu promossi f’League 2. Il-wasla tiegħu tfisser li Peter Lim baqa’ l-akbar azzjonist individwali b’40% tal-ishma, bi stqarrija tal-klabb tgħid li Lim se jkompli joffri l-istabbiltà finanzjarja.

Salford jinsabu fit-tielet post fin-National League iżda jinsabu biss punt taħt il-leaders Leyton Orient u Solihull Moors b’16-il logħba għat-tmiem.

Tags