L-avventura ta’ Francesca Curmi fl-Open tal-Awstralja tal-Juniors kompliet hekk kif flimkien mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh għaddew għas-semifinali tad-doubles. Fil-kwarti tal-finali huma għelbu lill-koppja mit-Tajlandja Thasaporn Naklo u Mananchaya Sawangkaew.
Curmi u Bencheikh rebħu l-ewwel set b’tie-break 7-6, iżda ż-żgħażagħ mit-Tajlandja wieġbu bir-rebħ tat-tieni set 6-4 biex b’hekk sfurzaw is-set deċiżiv. Iżda Francesca Curmi u Bencheikh għalqu l-logħba bir-rebħ tat-tielet set 10-7. Fis-semifinali huma jiltaqgħu kontra l-Ġappuniża Natsumi Kawaguchi u l-Ungeriża Adrienn Nagy.
Fuq in-naħa l-oħra, l-esperjenza ta’ Helene Pellicano fl-istess kompetizzjoni ntemmet fil-kwarti tal-finali b’telfa kontra l-Amerikani Chloe Beck u Emma Navarro. Flimkien mal-Ispanjola Marta Custic huma rebħu l-ewwel set 6-3, iżda l-koppja Amerikana rebħu t-tieni set 6-2. Kien fis-set deċiżiv li Beck u Navarro rebħu 10-6.
//= $special ?>