Raġel minn Marsaskala kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li, flimkien ma’ żewġ persuni oħra, kien involut f’inċident fil-port ta’ Birżebbuġa.
Il-każ seħħ fis-13.30hrs hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li waqt li dgħajsa tal-irmonk kienet qed tiġbed vapur, għal xi raġuni inqatgħet xi ċima li sussegwentament laqtet it-tugboat.
Abbord id-dgħajsa, operata minn Tug Malta, kien hemm tlett membri tal-ekwipaġġ – żewġt irġiel ta 61 sena mill-Birgu u Marsaskala u raġel ta’ 36 sena mix-Xgħajra.
Fuq il-post ġiet msejħa immedjatament ambulanza li ħadet lill-iSkalin l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, fi stqarrija kelliema għal Malta Freeport Terminals preċiżaw li l-ħaddiema konċernati mhux impjegati magħhom madanakollu xorta waħda sejħu l-infermiera li jkollhom fuq il-post sabiex tat l-ewwel għajnuna.
//= $special ?>


