Wara li l-PN poġġa’ lill-Gvern taħt pressjoni minħabba l-art tal-Corinthia f’San Ġiljan, illum ġie żvelat illi reġgħu bdew id-diskussjonijiet rigward il-prezz li qed jintalab. Dan hekk kif art li hi stmata mat-€800 miljun fl-aktar zona lussuża ta’ San Ġiljan kienet se tinbiegħ mill-Gvern għal farka ta’ dan il-valur – €52 miljun.
B’dan l-aħħar żvilupp, jibqa’ l-fatt li sa issa ħadd ma jaf kemm il-Gvern se jġib tagħha din l-art. Mhux ċar lanqas x’tip ta’ kalkolu se jintuża biex issir il-valutazzjoni l-ġdida, u x’se jiġri mill-valutazzjoni tal-art tal-ITS biswit tagħha illi diġa’ ingħatat.
Il-PN ilu ġimgħat sħaħ jinsisti li dan id-deal tal-Corinthia jitressaq għal dibattitu Parlamentari.
Intant, l-Erbgħa filgħodu tfaċċa fuq TVM iċ-chairman tal-Grupp Corinthia Alfred Pisani li ġie mistieden fil-breakfast show tax-Xandir Nazzjonali. Hawn, Pisani stqarr illi din l-art hi tagħhom, u ftaħar li l-pajjiż se jdaħħal €52 miljun.
Alfred Pisani insista li l-kritika għal dan id-deal qed issir “għax jarawna sbieħ”.
Iċ-chairman tal-Grupp ammetta li l-appartamenti li se jinbnew mal-baħar se jdaħħal minnhom “id-doppju” tal-prezz li normalment jintalab fis-suq.
//= $special ?>