Fl-aħħar erba’ snin il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħadem biex iwettaq u jikseb investiment fl-infrastruttura tas-Siġġiewi. Is-Sindku tal-Kunsill Lokali Alessia Psaila Zammit qalet li sar investiment minn fondi tal-Kunsill Lokali biex ingħata wiċċ ġdid fi Triq il-Mitħna, Triq in-Newba u Triq id-Dejqa. F’Jannar tal-2018, il-Kunsill applika għall-fondi lokali ta’ investiment fit-toroq rurali biex ingħata wiċċ ġdid lill-parti ta’ Triq Nerik Vassallo li kienet fi stat ħażin, u beda jinġema l-ilma tax-xita. Il-Kunsill Lokali għamel ukoll talba biex max-xogħolijiet fi Triq Nerik Vassallo, l-Awtorità tat-Trasport twettaq ix-xogħlijiet meħtieġa biex tinfetaħ Triq San Ġorġ Preca. Dan l-investiment sar madwar sena ilu u ammonta għal madwar Eur40,000.
Investiment ieħor huwa dak li se jkun hemm fi Triq Nikol Azzopardi, Triq ta’ Brandin (inkluż investiment fil-bankini ta’ din t-triq) u t-Triq ta’ Karlozzu. Il-Kunsill Lokali għamel talba biex l-Awtorita tat-Trasport għax-xogħolijiet f’diversi toroq oħra fosthom Triq Wied Xkora. Fl-aħħar jiem, il-Kunsill Lokali ġie infurmat li ġew approvati l-fondi għal din t-triq.
Minbarra li ħadem għal dan l-investiment fi Triq Wied Xkora, il-Kunsill Lokali kien ghamel ukoll talba biex sar investiment mill-Awtorità tat-Trasport sabiex itellà ħajt, tneħħa periklu u sar investiment fi Sqaq id-Debbiet.
Sar ukoll investiment fi Triq Bur it-Tokk li twassal għall-kappella storika ta’ Ħal Xluq. Ingħata wkoll wiċċ ġdid lil Triq Wied Costa. Dawn saru b’investiment ta’ madwar €250,000, ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea u l-Kunsill Lokali. Fl-aħħar xhur ukoll sar ukoll investiment fi Triq ta’ San Niklaw mill-Awtorità tat-Trasport u l-UE, sadanittant, se jibdew ix-xogħolijiet mill-proġett tal-UE.
F’post fuq facebook intant is-Sindku spjegat li l-Kunsill Lokali għaddej bil-proċess biex jaġġudika tender għal xogħolijiet fit-toroq u bankini sabiex fix-xhur li ġejjin jibdew xogħolijiet fuq bankini f’toroq residenzjali, inkluż il-bankini fi Triq il-Kbira. B’risposta għall-posts li ġew ċirkulati fuq facebook minn Kunsilliera Laburista fuq l-bankini. Psaila Zammit fakkret li Kunsilliera għandhom jagħtu informazzjoni sħiħa u ċara u appellat lill-Partit Laburista biex ma jużax lir-residenti Siġġiwin bħala ballun politiku.