Il-GRTU mhux se toqgħod tistenna lill-Gvern sa tmiem il-ġimgħa – jekk ma ssirx laqgħa urġenti l-azzjonijiet fil-pompi se jeskalaw.
Wara li ilu mill-2014 ikaxkar saqajh biex jiddiskutu bis-serjtetà soluzzjoni għas-sidien tal-pompi tal-petrol, issa l-Gvern qed jippretendi li jkomplu jistennew sakemm il-Ministru Joe Mizzi jirritorna mis-safar sabiex jingħataw ċans li jiddiskutu.
Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-GRTU stqarret li din is-sitwazzjoni mgħadiex aċċettabbli u li huma se jkunu qed jeskalaw id-direttivi lis-sidien tal-pompi jekk ma jissejjħux għal laqgħda b’mod urġenti mal-Gvern.
Din l-istqarrija waslet wkoll fid-dawl tat-theddid li rċevew il-bieraħ għadd ta’ sidien tal-pompi.