Lokali Parlament

Impenn għal iktar puliizja fil-komunità

– Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal fil-parlament li għandu jissaħħaħ il-kunċett tal-community policing u appella biex ikun hemm estenzjoni ta’ ħinijiet ta’ sorvelja tal-pulizija fejn ikun hemm it-tfal inkluż nurseries tal-football u l-mużew. Hu appella biex ma jkunx hemm iktar lokalitajiet maqsuma taħt ir-responsabbiltajiet tal-pulizija.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex ma jkunx hemm iktar għases magħluqa u biex ir-riżorsi jintużaw aħjar. M’għandux ikun aċċettabbli hekk kif puliizja jibda jidra ż-żona dan jinbidel. Hu qal li t-tourisim police twettaq biss għal sena waħda f’San Ġiljan ma twettaqx iktar.

Robert Cutajar appella biex iċ-ċimiterji jinżammu fl-aħjar sitwazzjoni. Robert Cutaar semma’ ċ-ċimiterju tal-Mellieħa u qal li l-peremss għat-80 qabar inħareġ fl-10 ta’ Jannar 2012 u kien inbeda l-proċess tal-offerti. Ġimgħa ilu, l-ministru konċernat mal-kunsilliera Laburisti iżda l-kunsilleira tal-PN ma kinux jafu li se ssir din iż-żjara.