Tidher li tista’ tirrepeti ruħha s-sitwazzjoni li kellna tlett ġimgħat ilu meta fl-ibħra Maltin kien hemm żewġ vapuri tas-salvataġġ b’ abbord 117-il immigrant jistennew li jitħallew jinżlu fuq l-art.
Is-Sea Watch 3 salvat 47 persuna il-barra mil-kosta Libjana u tinsab fi triqtha lejn Malta wara li l-Gvern Taljan ma tax permess li tidħol fil-port ta’ Lampedusa
Is-Sea Watch 3 qed tistenna permess mill-awtoritajiet Maltin biex tidħol għall-kenn fl-ibħra Maltin, u kelliem għal Sea Watch qal li mhemmx il-ħsieb li l-vapur jidħol fl-ibħra Maltin mingħajr permess.
Fi tweet, l-NGO qalet li issa daħlet fir-raba jum din il-missjoni ta’ salvataġġ. Din l-NGO qed tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u qed takkużaha li qed tipprova twaqqaf l-aħħar vapur ta’ salvataġġ li fadal, filwaqt li mijiet ta’ ħajjiet għadhom qed intilfu fil-Mediterran.
Jidher li din is-sitwazzjoni se tkompli żżid mat-tensjoni diplomatika bejn Malta u l-Italja.
//= $special ?>