Lokali

Sejba oħra ta’ 13kg droga

Arrestat raġel ta' 33 sena u żagħżugħ ta' 27 sena

Żewġ persuni ġew arrestati mill-Pulizija wara ħidma kontra t-traffikar tad-droga.

F’din l-operazzjoni, instabet madwar 1.5kg krokaina imqassma f’kapsoli lesti biex jiġu traffikati. Dawn instabu f’karozza misjuqa minn raġel ta’ 33 sena mill-Ħamrun.

Il-Pulizija sabet ukoll diversi pakketti bil-ħaxixa li kienu fil-garaxx ta’ dan ir-raġel. L-ammont totali ta’ kannabis jaqbeż il-11-il kilogramma.

Aktar tard ġie arrestat żagħżugħ ta’ 27 sena li qed jgħin lill-Pulizija fl-istħarriġ.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Aaron Bugeja.