Lokali

#inħobbok – Jum il-maħbubin fuq il-gżira Għawdxija

Għal darb’oħra din is-sena tista’ tgawdi Jum San Valentinu b’differenza fuq il-gżira Għawdxija. Dan hekk kif ġie ppreżentat programm għal dan il-perjodu ta’ mħabba mimli attivitajiet għall-ewwel jiem ta’ Frar.

Fosthom hemm Drive-In Movie Night, li ser jiġi organizzat is-Sibt 9 ta’ Frar – kif ukoll kunċert fi Pjazza Indipendenza, nhar is-Sibt 16 ta’ Frar fejn ser ikun hemm mistiedna bosta kantanti Għawdxin flimkien ma’ Ivan Grech.

Dan filwaqt li ser ikun hemm diversi attivitajiet oħra fosthom ġewwa Villa Rundle fir-Rabat u numru ta esebizzjonijiet tal-arti fiċ-Ċittadella.