F’artiklu ppublikat fuq The Parliament Magazine – rivista li tiġi ppubblikata fi Brussell – l-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech spjega kif bil-ħidma tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista, qiegħed jiġġieled kontra l-marda qerrieda tal-kanċer, u qed jgħin diversi għaqdiet lokali u Ewropej biex jaqsmu l-għarfien tagħhom f’din il-ġlieda.
Fl-artiklu tiegħu, Francis Zammit Dimech spjega kif kważi f’kull dar li jidħol, jissemma s-suġġett tal-kanċer, u dan peress li jew huma jew xi membri tal-familja tagħhom ikunu morda bih, jew saħansitra tilfu lil xi ħadd viċin tagħhom minħabba din il-marda. Fil-fatt, f’Malta, kull sena jkun hawn 2,000 każ ta’ kanċer ġdid, kif ukoll għandna mad-900 mewt kull sena kawża tal-kanċer. Anke fl-Unjoni Ewropea, n-numri huma kbar, tant li hu stmat li f’sena waħda, jmutu 1,300,000 persuna minħabba l-kanċer.
Fost l-oħrajn, Francis Zammit Dimech semma l-ħidma tiegħu biex jonqsu r-riskji tal-kanċer fuq il-postijiet tax-xogħol, kif ukoll l-insistenza biex jiżdiedu l-fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari biex jinxtara apparat li jiġġieled kontra din il-marda. Hu spjega wkoll kif stieden fi Brussell diversi għaqdiet li jiġġieldu l-kanċer, bħall-Europa Donna, Hospice Malta, il-Fondazzjoni Karl Vella, il-Malta Health Network u l-Fondazzjoni tal-Azzjoni Kontra l-Kanċer tas-Sider. Dawn issa, permezz tal-Pjattaforma Maltija tal-Kanċer, saru membri tal-League Ewropew tal-Kanċer, bis-saħħa wkoll tal-intervent tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
//= $special ?>