Lokali Parlament

Jeħtieġ Maġistrat li jinvestiga l-korruzzjoni

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppropona li jinħatar Maġistrat, li l-uffiċċju tiegħu jitwaqqaf b’liġi ad hoc, magħżul mill-President tar-Repubblika, li xogħolu jkun biss li jinvestiga, jiġġieled u jmexxi hu stess kawżi eventwalità korruzzjoni u li jkollu l-jedd u s-saħħa li jibda l-investigazzjonijiet hu min jeddu u li jkollu l-istaff tiegħu li hu stess jagħżel.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li an għax hu ċar li, kif anke wera ċar l-Prim Imħallef Emeritus V.Degaetano riċentement, kif inhi l-liġi Maltija u, li ilha snin sħaħ, il-Maġistrat Inkwirenti jiddependi fuq il-pulizija u dan fl-istess ħin li jrid ilaħħaq mal-volum ta’ għexieren ta’ inkjesti oħra, mijiet ta’ kawżi tad-distrett, kumpilazzjonijiet u għassa fost oħrajn. Il-kuntratt korrott tal-VGH, kuntratt ta’ €2 biljuni, ma jistax ma jwassalx għal investigazzjoni kriminali.

Fis-27 ta’ Marzu 2015 il-Gvern Malti, permezz ta’ Projects Malta Ltd, taħt ir-responsabbilità politika tal-Ministru Konrad Mizzi ħareġ Request for Proposals għal ‘Service Concession for the Redevlopment, Maintenance, Management and Operation of the Sites at St Luke’s Hospital, Karin Grech Rehabilitation Hospital and Gozo General Hospital’.

F’Ġunju 2015 is-soċjetà VGH ġiet magħżula bħala chosen bidder mill-Gvern Malti biex tkun hi li tiffirma l-kuntratt mal-Gvern Malti għal din is-Service Concession. Filwaqt li kienu tlieta l-bidders inkluz VGH ovvjament li intagħżlet, kien hemm diversi persuni u imprendituri lokali li ġabru r-RFP pero ma tefgħux il-bid għax kien umanament impossibbli li jistudjaw il-bid, jaħdmu fuqha, isibu partners barranin, jiksbu impenn bankarju għall-bid bond u finanzjament jew impenn ta’ finanzjament
minn banek u jippreżentaw l-offerta tagħhom fiż-żmien quasar immens li kien ingħata għal proġett ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ euros, u inqas minn tliet xhur peress li l-final date for submissions of proposals accompanied by bid bond kienet id-19 ta’ Mejju 2015.

Fit-30 ta’ Novembru 2015 ġie iffirmat kuntratt bejn il-Gvern Malti mill-Ministru Konrad Mizzi kif awtorizzat mill-Kabinet fil-laqgħa 102 u s-socjetajiet Vitals Global Healthcare Ltd, Vitals Global Assets Ltd, u Vitals Global Healthcare Management Ltd, kif rapprezentati minn Sri Ram Tumuluri, li huma lkoll registrati f’Crossbow House, 78, Cospicua Road, Paola; Il-kuntratt tat-30 ta’ Novembru 2015 imsemmi kien Services Concession Agreement for the Redevlopment, Maintenance, Management and Operation of the Sites at St Luke’s Hospital, Karin Grech Rehabilitation Hospital and Gozo General Hospital. Dakinhar tat-30 ta’ Novembru 2015 ukoll ġie iffirmat kuntratt ghal Health Services Delivery Agreement bejn il-Gvern Malti (mill-Ministru Konrad Mizzi kif awtorizzat mill-Kabinet fil-laqgha 102) u s-socjeta Vitals Global Healthcare Management Ltd, kif rappreżentati minn Sri Ram Tumuluri, li huma lkoll reġistrati f’Crossbow House,78, Cospicua Road, Paola.

Fit-22 ta’ Marzu 2016 ġie iffirmat il-kuntratt bejn il-Gvern Malti, permezz tal-Malta Industrial Parks Ltd u l-Kummissarju tal-Artijiet u l-Vitals Global Healthcare li permezz tiegħu din is-socjetà ngħatat konċessjoni emfitewtika ta’ 30 sena għall-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex f’kuntratt li għandu valur ta’ €2.1 biljun.

Hu magħruf li s-Soċjetà Vitals Global Healthcare Ltd (VGH) ma għandha ebda esperjenza imkien fid-dinja fil-qasam tas-saħħa. F’media briefing li kienu taw l-Vici Prim Ministru Chris Fearne u Sri Ram Tumuluri fit-18 ta’ Ġunju 2016 3 , li huwa dak li dejjem ippreżenta ruħu bħala l-factotum u Direttur ta’ din is-socjetà. Dan meta huwa magħruf li l-uniku track record tiegħu kien it-tmexxija tiegħu ta’ hotel zgħir f’British Columbia li wassal għall-falliment f’inqas minn 18-il xahar. F-2011 Sri Ram Tumuluri kien saħassitra ħabbar li l-VGH kienet ser tinvesti xejn inqas minn €220 miljun fis-sentejn ta’ wara f’dawn it-tliet sptarijiet.

Kien biss wara li tali kopja tal-kuntratt ġiet tabled fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Raprezentanti li l-Gvern Malti kien ta d-dritt lil Vitals Global Healthcare li “at the sole discretion of the grantee” iġġedded hi l-konċessjoni għal perjodu ta’ 99 sena fuq it-tliet sptarijiet u dan ifisser li l-Gvern Malti kien abdika dritt elementari tiegħu qua sid tal-proprjetajiet favur l-emfitewta. Fis-6 ta’ Novembru 2016 fl-artiklu tagħha fil-Malta Independent on Sunday, Daphne Caruana Galizia kienet żvelat li Ram Tumuluri kien ammetta li hu kien

Fl-4 ta’ Novembru 2016, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet fil-blog tagħha “Breaking News: All Island Equity Mortgage official in Canada describes Ram Tumuluri as a fraud”, filwaqt li wriet dokument tal-2011 fejn jidher li Sri Ram Tumuluri kien midjun.

F’Marzu 2014 il-Ministru Konrad Mizzi inħatar Ministru responsabbli mis-Saħħa, flok il-Ministru Godfrey Farrugia. Fid-9 ta’ Ottubru 2014 ġiet reġistrata s-socjetà Pivot Holdings Ltd, b’wieħed mis- sidien ikun ċertu Shaukat Ali Abdul Ghafour (Chaudry) (Passaport Number KG617268), ċittadin Pakistani li għandu konnessjonijiet kbar u mill-viċin mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Malti. Pivot Holdings Ltd ġiet reġistrata fl-istess indirizz f’Cospicua Road, Paola fejn hemm ukoll reġistrata Bluestone Investment Malta Ltd, li hija l-parent company tal-VGH.

Bluestone Investment Malta Ltd minn meta giet inkorporata fl-2014 sal-llum, qatt ma ippreżentat audited accounts kif inhi obbligata li tagħmel skond il-Liġi tal-Kumpaniji; Asad Ali Shaukat irċieva għexieren ta’ eluf ta’ euro f’pagamenti fil-kont bankarju tas-soċjetà, li fiha huwa azzjonist ewlieni, Planetcore Ltd, fil-Pilatus Bank. Dan il-kont bankarju infetah fl-istess żmien meta l-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Konrad Mizzi kien f’negozjati ma’ Vitals Global Healthcare Ltd. Dawn il-pagamenti kienu in konnessjoni ma’ hekk imsejħa “consultancy commissions” u “allowances”;

Fl-10 ta’ Ottubru 2014, ġie iffirmat Memorandum of Understanding sigriet bejn din is-socjetà, fost oħrajn, Mark Pawley, u l-Gvern Malti rapprezentat mill-Ministru Chris Cardona proprju dwar il-privatisation tat-tliet sptarijiet pubbliċi u koncessjoni emfitewtika li kellha tinghata favur din is-socjetà mill-Gvern Malti ftit wara.
Fit-23 ta’ Novembru 2014 l-investituri Gupta, AGM Inc, Ram Tumuluri (permezz tas-socjetà tiegħu reġistrata fil-British Virgin Islands) u Mark Pawley (permezz ta’ Bluestone Investments reġistrata wkoll fil-Britsh Virgin Islands) iffirmaw Memorandum of Understanding ieħor bejniethom li kien jinkludi fih dettalji speċifiċi ta’ dak li kellu jkun – u fil-fatt, kien – fih ir-Request for Proposals li l-Ministru Konrad Mizzi ippublika f’Marzu 2015.

Fost dettalji oħra, dan il-Memorandum of Understanding ta’ bejn dawn l-investituri tat-23 ta’ Novembru 2014 kellu referenza għal għan tagħhom li l-VGH kellha tieħu f’idejha t-tmexxija tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, b’dettalji ta’ numru ta’ sodod imsemmija fosthom 210 sodda fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, biex jibnu sptar ta’ 200 sodda f’Gwardamangia, jibnu “a 200 bed assisted living facility” fl-istess binja, jibnu medical college u li jimmiraw biex jieħdu f’idejhom l-Isptar San Luqa wkoll.

Dan il-MOU sigriet juri li dawn l-investituri kienu ftiehmu li jieħdu f’idejhom Bluestone Investments Ltd; 16-il jum biss wara dan il-Memorandum of Understanding ta’ bejn l-investituri, ġiet reġistrata s-socjetà Bluestone Invesrtments Malta Ltd (C 67975), b’Ram Tumuluriu u Mark Pawley bħala diretturi. Is-sid ta’ din is-socjetà hija Bluestone Special Situation Ltd reġistrata fil-British Virgin Islands. Min naħa tagġha, din is-socjetà fil-BVI hija proprjetà ta’ Asia Hasimau Investments Ltd li hija wkoll reġistrata fil-British Virgin Islands.
Ali Shaukat Asad akkwista 33% tal-ishma f’Pivot Holdings Ltd f’Marzu 2015, li huwa l-istess xahar meta Projects Malta, taħt id-direzzjoni Minjisterjali ta’ Konrad Mizzi, ħarġet Request for Proposals.

Fi Frar 2015 u xahrejn qabel ma ħareġ ir-Request for Proposals, il-VGH kienet diġà bdiet tirreklama b’dettalji dak li kellu jkun – u fil-fatt kien – fih ir-RFP. Matul dan il-perjodu is-CEO ta’ VGH, l-Amerikan Armin Ernst (USA Passport No463649409, Indirizz: 266, Fisher Ave, Brookline, MA (02445, USA), ġie impjegat minn Steward Healthcare fl-istess ħin.

F’Ġunju 2015 il-Ministru Konrad Mizzi jikkonferma li Vitalis/Bluestone joint offer kienet rebħet il-bid. Jikkonfrma li Vitalis li sa dakinhar kienet saret Vitals kienet proprjetà ta’ Bluestones Investments, li huwa fund immexxi u amministrat minnOxley Capital Group;
F’Settembru 2015 il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Konrad Mizzi, ftiehem mal-VGH biex din tibda titħallas madwar €70 miljun fis-sena; €2.1 biljun fuq 30 sena.

Il-pagi tal-impjegati tat-tliet sptarijiet imsemmija; €1.2 miljun fis-sena għal skola medika f’Għawdex;€1 miljun fis-sena ghal servizz ta’ air ambulance; li hemm xhieda li raw lil RamTumuluri juzż kemm-il darba dan il-helicopter biex jivvjaġġa bejn Malta u Għawdex.
Fil-31 ta’ Mejju 2016 Daphne Caruana Galizia tippublikadue diligence report li jikkundanna lil Vitals, liema rapport kien tħejja minn socjetà ta’ konsulenza ewlenija fuq inkarigu ta’ wieħed mill-klijenti potenzjali tal-VGH.

Ir-rapport jgħid li c-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kien ħobza u sikkina ma’ Ram Tumuluri u Shaukat Ali Chaudry, deskritt bħala konsulent.
F’TheShift ta’ Frar 2018 kien rapportat li Financial trouble hist Vitals just before announcement of sale dwar kawza tal-31 ta’ Awwissu 2017 fil-Qorti fil-British Virgin Islands kontra Asia Harimau Investments biex din tiġi dikjarata insolvent.

Skond dan ir-rapport u studju ta’ due diligence, Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru kien wiegħed lil kumpanija ta’ kuntratturi Indjani Shapoorji Pallonjiu Global Health Care li tinsab fl-Emirati Arab Maghqudin li huma kienu jirbħu l-proġett tal-privatisation tal-isptarijiet jekk huma jaħdmu ma’ Ram Tamuluri u Shawkat Ali Abdul Ghafour Chaudry. Iż-żewg kumpaniji aċċettaw wara żjara f’Dubai minn “a very senior former Maltese minister”, li kien l-ex Ministru, l-ex-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u ex konsulent tal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar is-Saħħa, John Dalli li dak iz-zmien kien il-konsulent tal-Prim Ministru fuq is-saħħa u l-isptarijiet.

Bejn l-2009 u 2011 Ali Shaukat Asad kien l-azzjonist ewlieni fis-socjetà CICLtd (C 5114) flimkien mal-ex Ministru John Dalli, Bluestone Investments Ltd u persuni oħra involuti fil-kuntratt tal-VGH u investituri fil-VGH għandhom ilkoll kontijiet bankarji sigrieti fis-Satabank.

Fis-16 ta’ Awwissu 2016 VGH iffirmaw MOU sigriet mal-Gvern tal-Montenegro, xaharejn qabel il-Ministru tas-Saħħa tal-Montenegro kien ħabbar li l-Gvern Montenegrin kien f’negozjati biex jagħti PPP lil Vitals biex imexxu sptarijiet fil-Montenegro għal 30 sena versu investiment ta’ €375 miljun.

F’artiklu ippublikat fit-Times of Malta fil-25 ta’Lulju 2017 juri li VGH kienet iffirmat kuntratt ta’ esklussività għal medicalsupplies għat-tliet sptarijiet imsemmija mas-socjetà Technoline Ltd. Il-kompetituri ta’ Technoline spiċċaw jkollhom jitfgħu l-offerti tagħhom għal medical supplies għat-tliet sptarijiet lil kompetitur dirett tagħhom stess. Is-soċjetà Technoline kienet inxtrat mis-sales and marketing manager IvanVassallo tagħha stess ftit xhur biss qabel ma iffirmat dan il-kuntratt, kontra kull regola ta’ kompetizzjoni gusta, ma’ Vitals.

F’Jannar 2018 is-sit TheShiftNews żvela dokumenti minn mandat ta’ inibizzjoni li Ashok Ratteha li wieħed mill-investituri tal-proġett sa mill-bidunett kien ippreżenta f’Diċembru 2017 kontra Bluestone Investment MaltaLtd fejn minn dawn id-dokumenti joħroġ ċar li Ram Tumuluri u oħrajn kienu jafu bid-dettalji tar-Request for Proposal ferm qabel ma’ dan kien ippublikat fl-2015.

Minn dokumenti esebiti fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili minn Ashok Rattehali,wieħed mill-investituri bikrija fil-VGH fit-talba tiegħu ghal mandat ta’ inibizzjoni kontra Bluestone Investments Malt Ltd, sirna nafu li fl-20 ta’ Dicembru 2017, tard bil-lejl, kien hemm laqgħa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiġi finalizzat it-trasferiment lil Steward Global Healthcare u li għalih kienu preżenti wkoll Ram Tumuluri, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.

F’Jannar 2018 sar magħruf, grazzi għall-artiklu li deher fis-sit TheS hif tNews il-Memorandum of Understanding li kien ġie iffirmat minn grupp ta’ persuni barranin, inkluż Ram Tumuluri u Mark Pawley, mal-Gvern Malti, rappreżentat mill-Ministru Chris Cardona fl-2014, ħames xhur qabel ir-Request for Proposal ħarġet. Dawn il-persuni kienu jikkomponu 70% tal-proprjetà tas-socjetà VGH. Min jipposjedi l-kumplamenttat-30% s’issa ħadd ma jaf. Effettivament il-Gvern Malti, rappreżentat mill-Ministru Chris Cardona iffirma ftehim ma’ socjetà li għandha 30% tas-sidien tagħha moħbija, għal kuntratt eventwali li ġie iffirmat fl-2016 ta’€2.1 biljun;

Is-sit LovinMalta f’Jannar 2018 wera kif id-Direttur tas-socjeta Technoline (C 4250),Yaser Ali Badar (ID 164409A) huwa reġistrat li jirrisjedi fl-istess indirizz (AptT9F8) f’appartament f’Tigne ta’ Shaukat Ali Chaudry, turija ċara ta’ kolluzjoni bejn Vitals u Technoline.

Fil-21 ta’ Frar 2018, Dr Josie Muscat, direttur ta’ Sptar St. James, meta reġa’ kien intervistat fuq Net TV ddikjara għal darb’oħra ddikjara li l-Gvern Malti kien minn wara dahar il-Parlament u l-pubbliku iggarantixxa lil VGH minimu ta’ €72 miljun fis-sena peress li kien intrabat li kull ġimgħa jgħaddi lil VGH €6 miljuni; reġa’ tenna li l-Uffċċju tal-Prim Ministru kien ordna lil Ministru tal-Finanz iEdward Scicluna joħroġ side letters lil VGH biex dawn jitħallsu iktar miljuni minn dak pattwit fil-kuntratt u ddikjara li Ram Tumuluri u uħud mill-investituri l-oħra tal-VGH kienu fetħu uffiċċju fl-Izvizzera u li l-miljuni li l-VGH ħadu ta’ xejn u għal xejn mill-Gvern Malti kienu fil-fatt marru biex jinbena din il-klinika fl-Izvizzera;.

Issa din il-gimgħa seħħu rivelazzjonijiet xokkanti u li jistorduk minn TheShift News. Technoline ma kienetx l-unika ditta li VGH xtraw biex jiżguraw monopolju ta’ provvista ta’ oġġetti mediċ. Kien hemm ukoll ditta Mtrace pls. b’mark up ta’ 25% minn fuq medicini tal-kancer.
Jigifieri VGH użat flus tat-tax payer Malti biex jinxtraw ditti li jassiguraw profitti m’ogħla s-sema u li jkollhom esklussività. The Shift News żvelaw li Steward xtraw il-Vitals għal €1 biss però irċevew €70 miljun kull sena mill-Gvern. €188,000 kuljum għal 99 sena jiġu €7 biljuni dħul għal sidien mhux magħruf u kif €1.4miljuni spiċċaw f’kumpanija sigrieta f’Dubai u €1.85 miljun lill-individwu.

This was a done deal; kuntratt maħdum bizzilla intenzjonat biex ifalli ħalli l-korrotti f’Kastilja jistagħnew; altru li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu raġun fil-kawża li fetaħ biex dan il-kuntratt korrott ta’ €2 biljuni ikun annulla. Kif qal Ranier Fsadni: “the silhouette of a democracy being transformed into a private fiefdom”. Dan kollu ma konniex inkunu nafuh jekk mhux għall-media indipendenti.

Il-fatti hawn fuq imsemmija żgur jagħtu lok li Konrad Mizzi, ChrisCardona, Edward Scicluna, Ram Tumuluri, Mark Pawley, Shaukat AliAbdul Ghafour (Chaudry), Armin Ernst, u Ivan Vassallo, ikkommettew jew huma kompliċi f’frodi, korruzzjoni, ksur tas-sigriet professjonali, falliment doluz, trading in influence u kongura. Altru li għandna bżonn Magistrat li xogħolu jkun BISS li jinvestiga, jirċievi rapporti u jmexxi l-akkuzi eventwali hu ta’ korruzzjoni u tixhi, temm Jason Azzopardi.