Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet f’tamboċċ

Ġermaniża ta’ 33 sena li toqgħod ix-Xemxija qed isofri ġrieħi ta’ natura serja wara li waqgħet f’tamboċċ waqt li kienet fuq il-bejt tal-istess proprjetà li tgħix fiha. Ir-residenza tagħaha tinsab fi Triq Piscopo Macedonia.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu u fuq il-post marru minnufih tim mediku, u kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Hija ttieħdet lejn l-isptar Mater Dei b’ambulanza biex tirċievi l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin